L-Għanijiet
L-għan ewlieni taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti huwa li jrawwem interess fl-istudju tal-Lingwistika Maltija u f’oqsma relatati billi:
- jixpruna, jorganizza u jmexxi riċerka fuq suġġetti marbutin mal-lingwistika Maltija;
- jikkoordina networks akkademiċi fi ħdan il-komunità ta’ studjużi li jaħdmu fuq suġġetti relatati mal-lingwa Maltija;
- joffri programmi ta' korsijiet speċjalizzati fil-lingwistika;
- iħarreġ esperti futuri fil-lingwistika Maltija (Ph.D., M.A., B.A.);
- iservi ta’ pjattaforma għal studjużi u professjonisti interessati fil-lingwa u l-lingwistika Maltija.
Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti jinkuraġġixxi r-riċerka fuq il-Malti u jipprovdi l-appoġġ organizzattiv u loġistiku għall-proġetti involuti. Hemm sitt modi prattiċi kif iċ-Ċentru joffri s-sostenn tiegħu:
- jorganizza l-konferenza biennali (Lingwisitka Maltija), li ssir f’postijiet differenti, u jiġbor l-istudji tal-konferenza f’volum li joħroġ mid-dar tal-pubblikazzjoni magħrufa De Gruyter;
- jintegra l-Malti fil-kurrikulu ta’ żewġ programmi lingwistiċi fl-Università ta’ Bremen billi joffri korsijiet relatati mal-lingwa Maltija kemm fil-livell ta’ Baċellerat kif ukoll ta’ Masters, u billi jmexxi teżijiet dwar suġġetti relatati mal-lingwistika Maltija;
- jgħallem il-Malti permezz ta’ korsijiet li jingħataw kull sena fis-sajf;
- jipprovdi riżorsi sostenibbli li jgħinu biex issir riċerka ta’ kwalità fuq il-Malti. Dawn jinkludu: (a) il-Librerija fil-Fergħa ta’ Bremen taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, li fiha aktar minn 1,000 xogħol stampat ta’ diversi ġeneri bil-Malti u li jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-post għal skopijiet ta’ riċerka, (b) il-biblijografija ta’ studji marbutin mal-lingwistika Maltija li kontinwament tiġi aġġornata u li permezz tagħha l-letteratura lingwistika rilevanti dwar il-Malti tista’ tiġi mfittxa online;
- jagħmel riċerka fuq il-lingwistika Maltija, bil-għajnuna tad-Dipartiment tal-Lingwistika tal-Università ta’ Bremen, u d-Dipartiment tal-Malti u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa tal-Università ta’ Malta. Fost il-proġetti ta’ riċerka li saru/qed isiru, hemm: (a) il-produttività tal-morfoloġija derivattiva mislufa fil-Malti mit-Taljan, proġett li ħadem fuqu Benjamin Saade sal-2020, (b) il-proġett Prepositions and their Grammar in Maltese, approvat mill-German Research Foundation (DFG) fl-2018 u li primarjament qed taħdem fuqu Maike Vorholt; Prepositions and their Grammar in Maltese, approved by the German Research Foundation (DFG) in 2018 and primarily carried out by Maike Vorholt;
- joffri lill-istudjużi fi żjara l-opportunità li jaħdmu fuq proġetti fil-qasam tal-lingwistika Maltija u jippromwovi l-iskambju ta’ ideat ma’ esperti oħra tal-lingwa.