L-ISTORJA

Fil-bidu

Fis-sena 2000, il-Prof. Thomas Stolz (Dipartiment tal-Lingwistika, Università ta’ Bremen) u l-Prof. Ray Fabri (Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa, Università ta’ Malta) bdew jaħdmu biex itejbu l-kuntatti bejn id-Dipartiment tal-Lingwistika fl-Università ta’ Bremen, u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Sa mit-twaqqif tiegħu, l-idea ewlenija wara ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti kienet li jiżviluppa u jsaħħaħ ir-riċerka fil-lingwistika Maltija, kemm fi ħdan iż-żewġ istituzzjonijiet, kif ukoll fuq livell internazzjonali, b’kollaborazzjoni ma’ studjużi u istituzzjonijiet akkademiċi. Għal dan il-għan, saret l-ewwel konferenza internazzjonali dwar il-lingwistika Maltija fi Bremen fl-2007 li matulha twaqqfet l-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija (GĦILM)/International Association of Maltese Linguistics. Minn dakinhar l-assoċjazzjoni kienet ippreseduta mill-Prof. Thomas Stolz. L-GĦILM għandha bosta membri attivi minn diversi pajjiżi u istituzzjonijiet, fosthom Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, Malta, New Zealand, il-Polonja, Slovakkja, Spanja, u l-Istati Uniti. Intant, saru tmien konferenzi fi Bremen (x3), il-Belt Valletta, Lyon, Turin, Bratislava u Krakovja.

Twaqqif taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, il-Fergħa ta’ Bremen

Wara li twaqqfet l-GĦILM, kien imiss li jitwaqqaf iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fid-29 ta’ Ġunju 2012, ibbażat fuq ftehim ta’ kooperazzjoni approvat u ffirmat mir-retturi tal-Univeristà, il-Prof. Wilfried Müller (Bremen) u l-Prof. Juanito Camilleri (Malta). Fl-2017, wara terminu ta’ ħames snin, dan il-kuntratt ġie estiż għal ħames snin oħra sa Ġunju 2022. Taħt id-direzzjoni tal-Prof. Thomas Stolz, mill-2012 sal-2020, Benjamin Saade kien impjegat bħala amministratur fiċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, segwit minn Julia Nintemann mill-2020 sal-2022, u Maike Vorholt minn Ġunju tal-2022.

Fl-2014, il-President Emeritu ta’ Malta, Dr George Abela, żar iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fl-Università ta’ Bremen bħala parti minn żjara statali fil-Ġermanja u enfasizza l-importanza mogħtija liċ-Ċentru minn perspettiva uffiċjali Maltija. F’okkażjonijiet separati, iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti żaruh ukoll l-Ambaxxaturi ta’ Malta, ir-Rettur tal-Università ta’ Malta u rappreżentant tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela.

Twaqqif taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, il-Fergħa ta’ Malta

F’Ġunju tal-2022, ġie stabbilit ftehim ġdid, li ġedded iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti u stabbilixxa l-fergħa ta’ Malta taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. It-tnedija uffiċjali tal-fergħa ta’ Malta saret fil-Kampus tal-Belt Valletta (UM) fid-9 ta’ Frar 2023. Għal dan l-avveniment ġew mistiedna l-Prof. Thomas Stolz u Maike Vorholt, li huma responsabbli mit-tmexxija tal-fergħat ta’ Bremen taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Il-Prof. Ray Fabri u l-Prof. Michael Spagnol, diretturi tal-Fergħa ta’ Malta, flimkien ma’ Raffaello Bezzina u Michela Vella, l-amministraturi tal-Fergħa ta’ Malta, organizzaw din l-attività.

Ħoloq Importanti

Tul is-Snin

It-twaqqif taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, il-Fergħa ta' Bremen, Ġunju 2012

It-twaqqif taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, 29 ta' Ġunju 2012

Mix-xellug għal-lemin: 

Gerd-Rüdiger Kück (Kanċillier tal-Università ta' Bremen), Prof. Dr Yasemin Karakasoglu (Viċi Prinċipal għall-interkulturalità, Università ta' Bremen), Prof. Dr Thomas Stolz (Università ta' Bremen), E.T. Karl Xuereb (Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Malta), Daniela Xuereb,  Kirsten Stöcker, il-Konsulat Onorarju Ġenerali Dr Thomas Stöcker, Andrea Xuereb

Fuq quddiem:

Prof. Dr Juanito Camilleri (Rettur tal-Università ta' Malta), Prof. Dr Winfried Müller (Rettur tal-Università ta' Bremen)

L-Ambaxxatur ta' Malta għall-Ġermanja jżur il-Fergħa ta' Bremen taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Ġunju 2022

Mix-xellug għal-lemin: Maike Vorholt, Julia Nintemann, Prof. Jutta Günther, H.E. Dr Giovanni Xuereb, Prof. Thomas Stolz, Prof. Marcus Callies, Mark Anthony Abela, Dr Thomas Stöcker.

Agħfas hawn biex taqra artiklu fuq iż-żjara tal-ambaxxatur

L-Ambaxxatur ta' Malta għall-Ġermanja jżur il-Fergħa ta' Bremen taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Ġunju 2022

L-Università ta' Bremen, Novembru 2022

Laqgħa bejn iż-żewġ fergħat fil-Fergħa ta' Bremen taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Novembru 2022

Mix-xellug għal-lemin: Maike Vorholt, Michela Vella, Raffaello Bezzina

It-twaqqif tal-Fergħa ta' Malta taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Frar 2023

Fuq wara: Raffaello Bezzina, Michela Vella, Maike Vorholt
Fuq quddiem: Prof. Ray Fabri, Prof. Michael Spagnol, Prof. Thomas Stolz

L-Università ta' Malta, Kampus tal-Belt, Frar 2023