Festschrift f’ġieħ il-Prof. Thomas Stolz

Matul id-9 konferenza tal-GĦILM li saret f’Düsseldorf, kellna l-opportunità nippreżentaw Festschrift f’ġieħ il-Prof. Thomas Stolz fl-okkażjoni ta’ għeluq it-68 sena tiegħu. Thomas Stolz serva bħala l-president tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija sa mit-twaqqif tagħha fl-2007.

Il-Festschrift jinkludi disa’ studji u jkopri suġġetti bħal-lingwistika storika, il-lessikoloġija, il-psikolingwistika, id-djalettoloġija u s-sintassi. 

Din il-pubblikazzjoni hija aċċessibbli bla ħlas online fuq: https://festschrift-stolz.de

Referenza:
Slavomír Čéplö & Adam Ussishkin (eds.). 2025. quam lingua melitea hic subicio. Studies in Maltese Linguistics dedicated to Thomas Stolz on the occasion of his 68th birthday. Tucson: Staten House.