
Dan ix-xogħol jippreżenta riċerka kontemporanja li tkopri diversi aspetti tal-lingwistika Maltija. L-I Parti tagħti ħarsa lejn il-Malti minn perspettiva dijakronika u l-iżviluppi fonoloġiċi tiegħu. L-istudji fit-II Parti jindirizzaw il-morfoloġija u s-sintassi, fosthom, il-qbil grammatikali, id-derivazzjoni, il-predikazzjoni sekondarja, il-prepożizzjonijiet fil-binjiet koordinattivi, u r-ridupplikazzjoni tal-oġġett. It-III Parti tixħet dawl fuq il-lingwistika applikata u l-avvanzi riċenti fil-lingwa Maltija. L-istudji fir-IV Parti jiddiskutu s-sinonimija. Bosta studji jagħmlu analiżi komparattiva bejn il-Malti u lingwi oħra Romanzi jew Semitiċi. L-osservazzjonijiet li jsiru fuq il-Malti jikkontribwixxu għar-riċerka fuq lingwi relatati, kif ukoll għal-lingwistika ġenerali u l-lingwistika tipoloġika.
Edituri:
Raffaello Bezzina, Michela Vella, it-tnejn mill-Università ta’ Malta; Maike Vorholt, Università ta’ Bremen, Bremen, il-Ġermanja.
Referenza:
Vorholt, Maike, Raffaello Bezzina & Michela Vella (eds.). 2025. The next century of Maltese linguistics. (STTYP 37). Berlin, Boston: De Gruyter Mouton.