Il-workshop Triangulation II – a plethora of ideas about language sar fil-5 u s-6 ta’ Ġunju 2023 fil-Hanse-Wissenschaftskolleg f’Delmenhorst.
Ħames riċerkaturi żgħażagħ minn Cardiff, erbgħa minn Malta u erbgħa minn Bremen ippreżentaw ir-riċerka tagħhom. Kien hemm ukoll riċerkatur minn Trento u riċerkatriċi minn Ħelsinki li wkoll ippreżentaw ir-riċerka tagħhom.
Kontribut speċjali kien il-qari tal-poeżija bil-Ġermaniż Baxx (Low German poetry) mill-poeta Arne Lentföhr fl-ewwel lejla tal-workshop.
